Il-materjali tal-kampanja


Volantin tal-Premjijiet ta’ Prattika Tajba — Xogħol sigur u li jġib ’il quddiem s-saħħa fl-era diġitali

Is-16-il edizzjoni tal-Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa għandha l-għan li tirrikonoxxi l-organizzazzjonijiet li jagħtu kontributi eċċellenti u innovattivi għas-sigurtà u s-saħħa billi jipprevjenu r-riskji assoċjati mat-trasformazzjoni diġitali fuq il-post tax-xogħol.

Tgħallem dwar liema tipi ta’ prattika tajba jistgħu jiġu ppreżentati, min jista’ jipparteċipa, x’qed tfittex il-ġurija u kif tipparteċipa fil-kompetizzjoni.