Dwar il-kampanja


Dwar il-kampanjaIl-Kampanji dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa huma vitali għall-isforzi tagħna biex inqajmu sensibilizzazzjoni dwar is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol fl-Ewropa kollha. Il-messaġġ ta’ dawn il-kampanji huwa ċar — “Is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol jirrigwardaw lil kulħadd. Tajjeb għalik. Tajjeb għall-kumpanija.”

Il-kampanji huma l-akbar tat-tip tagħhom fid-dinja u kull waħda għandha tema definita b’mod ċar — is-suġġetti tal-kampanja preċedenti jvarjaw minn promozzjoni tal-evalwazzjoni tar-riskju għal prevenzjoni tas-sensibilizzazzjoni dwar ix-xogħol sostenibbli u l-protezzjoni tal-ħaddiema minn sustanzi perikolużi. Il-kampanji għandhom ukoll fokus partikolari fuq l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u gruppi ta’ ħaddiema vulnerabbli, biex b’hekk ikun żgurat li kull kampanja tilħaq lil dawk li l-aktar għandhom bżonn ta’ appoġġ.

Firxa ta’ materjali promozzjonali u informattivi huma prodotti għall-kampanji u aħna norganizzaw jew nappoġġaw ukoll bosta avvenimenti u inizjattivi ta' sensibilizzazzjoni. Avvenimenti ewlenin jinkludu avvenimenti ta’ skambju ta’ prattika tajba u l-Premjijiet għal Prattika Tajba dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa, il-Ġimgħa Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, is-summit tal-kampanja u l-Premju tal-Film dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa.

Kif inwasslu l-messaġġi tal-kampanja tagħna lin-negozji? Aħna niddependu min-network estensiv tagħna ta’ punti ċentrali nazzjonalisħab uffiċjali tal-kampanjasħab tal-midja, sħab soċjali u intermedjarji oħra biex jippromwovu l-kampanja u l-materjali tagħha u jipparteċipaw b’mod attiv fl-avvenimenti. Fil-fatt, kollaborazzjoni produttiva man-network ta’ sħab tagħna hija kruċjali biex tippermetti bidla reali fuq il-post tax-xogħol u tirfed is-suċċess tal-inizjattiva tal-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa.

Sir af iktar dwar l-għodda tal-kampanja tagħna u involvi ruħek!