Glossarju


Għal aktar informazzjoni dettaljata dwar is-sorsi u d-definizzjonijiet tat-termini fil-glossarju tad-diġitalizzazzjoni, jekk jogħġbok, iċċekkja dan il-fajl

A

B

D

F

Ġ

I

K

L

M

P

R

S

T

X

A

  • Aċċessorji li jintlibsu

    Aċċessorji li jintlibsu huma apparati elettroniċi b’sensuri u b’kapaċità komputazzjonali (eż. arloġġi intelliġenti, nuċċalijiet tad-data, jew apparati oħra b’sensuri jew tikketti inkorporati), li jistgħu jitqiegħdu fuq partijiet differenti tal-ġisem biex tinġabar id-data li għandha tiddaħħal f’sistemi diġitali oħra għal finijiet ta’ pproċessar. Dawn jistgħu jintużaw biex tiġi analizzata d-data fiżjoloġika u psikoloġika bħas-sensazzjoni, l-irqad, il- movimenti, ir-rata tal-qalb, it-temperatura tal-ġisem u l-pressjoni tad-demm, permezz ta’ applikazzjonijiet installati fuq l-apparat innifsu jew fuq apparati esterni, bħal ismartphones konnessi mal-cloud.

  • Algoritmu

    Sett ta’ struzzjonijiet definit b’mod espliċitu li jiddeskrivi kif kompjuter jew bniedem jista’ jwettaq azzjoni, kompitu jew proċedura jew isolvi problema.

  • Analitika dwar in-nies jew il-forza tax- xogħol

    L-applikazzjoni tal-ġestjoni tal-ħaddiema bbażata fuq l-IA użata biex tappoġġa t-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar aspetti tal-ġestjoni tar-riżorsi umani. Tuża għodod diġitali u data biex tkejjel, tirrapporta u tifhem il-prestazzjoni tal-impjegati.

  • Analitika tad-data

    Proċess ta’ estrazzjoni ta’ informazzjoni intuwittiva u għarfien minn data bl-
    użu ta’ tekniki u għodod statistiċi jew oħrajn.

  • Apprendiment awtomatiku

    L-apprendiment awtomatiku huwa fergħa ta’ intelliġenza artifiċjali li tittratta kif il-kompjuters jistgħu jitgħallmu, jikbru u jittejbu waħedhom bis-saħħa tad- data mingħajr intervent uman.

  • Apprendiment profond

    Fergħa ta’ apprendiment awtomatiku li tuża networks newrali (artifiċjali) biex timita moħħ uman u biex ittejjeb il-kapaċitajiet ta’ apprendiment tal- intelliġenza artifiċjali.

  • Approċċ human-in- command

    Fl-approċċ human-in-command għat-trasformazzjoni diġitali, l-intelliġenza artifiċjali u t-teknoloġiji diġitali jappoġġaw iżda ma jissostitwixxux il-kontroll tal-bniedem u d-deċiżjonijiet jew l-informazzjoni, il-konsultazzjoni u l- parteċipazzjoni tal-ħaddiema. It-tfassil, l-iżvilupp u l-użu ta’ sistemi diġitali ċċentrati fuq il-bniedem jippermettu li jintużaw biex jappoġġaw lill- ħaddiema, filwaqt li lill-bnedmin iħalluhom fil-kontroll.

  • Awtomatizzazzjoni

    L-użu ta’ sistemi jew proċeduri tekniċi li jippermettu apparat jew sistema li twettaq (parzjalment jew kompletament) funzjoni li qabel kienet titwettaq (parzjalment jew kompletament) minn bniedem, jew li tista’ titwettaq b’mod konċepibbli minnu.

B

  • Big data

    Settijiet tad-data kkaratterizzati minn volum (daqs kbir), veloċità (tkabbir kostanti), u varjetà (forma strutturata u mhux strutturata bħal testi), li spiss jintużaw minn magni tal-intelliġenza artifiċjali.

D

  • Deċiżjonijiet semiawtomatizzati u kompletament awtomatizzati

    It-teħid semiawtomatizzat ta’ deċiżjonijiet jirreferi għad-deċiżjonijiet tal- bniedem appoġġati mir-riżultati ta’ algoritmi awtomatizzati tal-kompjuter (bl- integrazzjoni tal-IA jew mingħajrha), filwaqt li t-teħid ta’ deċiżjonijiet kompletament awtomatizzat jirreferi għall-għoti ta’ awtonomija sħiħa lill- algoritmi tal-kompjuter biex jittieħdu deċiżjonijiet.

F

  • Fiduċja

    Il-fiduċja tista’ tiġi ddefinita bħala l-attitudni li aġent [teknoloġija ta’ awtomatizzazzjoni, jiġifieri robotika avvanzata] se jgħin biex jintlaħaq l-għan tal-individwu f’sitwazzjoni kkaratterizzata minn inċertezza u vulnerabbiltà.

Ġ

  • Ġestjoni algoritmika

    Subtip ta’ ġestjoni tal-ħaddiema bbażata fuq l-IA fejn jintużaw algoritmi sempliċi (jiġifieri mingħajr “intelliġenza”) u teknoloġiji diġitali (eż. apparat ta’ monitoraġġ tal-ħaddiema, kompjuters jew software ta’ rikonoxximent tal- wiċċ) għall-ġestjoni tal-ħaddiema b’mod awtomatizzat jew semiawtomatizzat. Dan jipprovdi l-mezzi biex jiġi awtomatizzat għadd kbir ta’ kompiti ta’ ġestjoni tal-ħaddiema (eż. it-tfassil tal-iskedi, l-organizzazzjoni tax-shifts u l-monitoraġġ tal-ħaddiema permezz ta’ apparati li jintlibsu). Il- ġestjoni tal-ħaddiema bbażata fuq l-IA tinvolvi s-simulazzjoni tal-intelliġenza meħtieġa biex tiġi indirizzata l-inċertezza (eż. il-provvista ta’ outputs differenti bbażati fuq bidliet fl-ambjent), filwaqt li l-ġestjoni algoritmika hija ta’ natura deterministika (jiġifieri dejjem tipprovdi l-istess output, minħabba
    l-istess input).

  • Ġestjoni tal- ħaddiema bbażata fuq l-IA (AIWM)

    Tirreferi għal sistema ta’ ġestjoni tal-ħaddiema li tiġbor id-data, spiss f’ħin reali, dwar l-ispazju tax-xogħol, il-ħaddiema u x-xogħol li jagħmlu, li mbagħad tiġi mdaħħla f’mudell ibbażat fuq l-IA li jieħu deċiżjonijiet awtomatizzati jew semiawtomatizzati jew jipprovdi informazzjoni għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet relatati mal-ġestjoni tal-ħaddiema.

I

  • Iċ-ċibersigurtà

    Il-protezzjoni tas-sistemi u tan-networks tal-kompjuter mill-iżvelar tal- informazzjoni u mis-serq jew mill-ħsara tal-hardware, tas-software jew tad- data elettronika tagħhom, kif ukoll mill-interruzzjoni jew mid-direzzjoni ħażina tas-servizzi li jipprovdu.

  • Identifikazzjoni bil- frekwenza tar-radju (RFID)

    L-RFID hija “teknoloġija tas-sensuri bla fili li hija bbażata fuq l- identifikazzjoni ta’ sinjali elettromanjetiċi [jiġifieri] tinkludi tliet komponenti: antenna jew kojl, riċetrażmettitriċi (b’dekoder) u transponder (tikketta RF). […] Hemm emissjoni ta’ sinjali tar-radju mill-antenna sabiex it-tikketta tiġi attivata u d-data tinqara u tinkiteb għaliha.”

  • Il-cloud

    Il-cloud hija network ta’ servers remoti madwar id-dinja li huma konnessi flimkien u joperaw bħala ekosistema waħda. Dawn is-servers huma mfassla biex jew jaħżnu u jimmaniġġjaw id-data, iħaddmu l-applikazzjonijiet, jew iwasslu kontenut jew servizz (eż. streaming ta’ vidjos, webmail, software
    tal-produttività tal-uffiċċju, jew midja soċjali). Il-fajls u d-data huma
    aċċessibbli online minn kwalunkwe apparat konness mal-Internet.

  • Intelliġenza artifiċjali
    (IA)

    IA tirreferi għal sistemi li juru mġiba intelliġenti billi janalizzaw l-ambjent tagħhom u jieħdu azzjonijiet – b’ċertu grad ta’ awtonomija – biex jintlaħqu għanijiet speċifiċi. Is-sistemi bbażati fuq l-IA jistgħu jkunu purament ibbażati fuq software, li jaġixxu fid-dinja virtwali (eż. assistenti bil-vuċi, software għall-analiżi tal-immaġnijiet, magni tat-tiftix, sistemi ta’ rikonoxximent tad- diskors u tal-wiċċ) jew IA tista’ tiġi inkorporata f’apparati tal-hardware (eż. robots avvanzati, karozzi awtonomi, droni jew applikazzjonijiet tal-internet tal-oġġetti).

  • Interazzjoni bejn ir- robot u l-bniedem (HRI)

    L-interazzjoni bejn ir-robot u l-bniedem (HRI) hija l-istudju tal-interazzjonijiet bejn in-nies (utenti) u r-robots. L-HRI hija multidixxiplinari b’kontribuzzjonijiet mill-oqsma tal-interazzjoni bejn il-bniedem u l-kompjuter, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, ir-rikonoxximent tad-diskors, u x-xjenzi soċjali (il-psikoloġija, ix-xjenza konjittiva, l-antropoloġija, u l-fatturi umani).

  • Internet tal-Oġġetti (IoT)

    L-IoT huwa sistema ċiberfiżika li fiha l-informazzjoni miġbura tiddaħħal, permezz tal-internet, fil-kompjuters biex tinġabar data dwar il-proċessi tal- produzzjoni u tax-xogħol u biex tiġi analizzata din id-data bi granularità mingħajr preċedent. Dan jinvolvi li l-bnedmin joħolqu “dinja li tinsab kullimkien” li fiha l-apparati kollha … se jkunu kompletament imqabbdin ma’ network.” L-IoT isawwar mill-ġdid l-interazzjoni tagħna mad-dinja fiżika permezz ta’ apparati interkonnessi fuq pjattaforma (eż. il-cloud) u jwettaq funzjonijiet b’mod adattiv ibbażati fuq l-inputs u l-programmazzjoni.

K

  • Kinematika

    Fergħa tal-fiżika, żviluppata fil-mekkanika klassika, li tiddeskrivi l-moviment ġeometrikament possibbli ta’ punti, korpi (oġġetti), u sistemi ta’ korpi (gruppi ta’ oġġetti) mingħajr ma jitqiesu l-forzi involuti (jiġifieri l-kawżi u l-effetti tal- movimenti).

  • Kompitu fiżiku

    Kompitu li biex jitlesta jeħtieġ att fiżiku wieħed jew aktar.

  • Kompitu konjittiv

    Kompitu li jirrikjedi għadd ta’ proċessi mentali għat-tlestija tiegħu, bħat-teħid ta’ deċiżjonijiet, ir-rikonoxximent tal-patterns, u kompiti bbażati fuq id- diskors jew il-lingwa.

L

  • Ludifikazzjoni

    Il-ludifikazzjoni tirreferi għall-introduzzjoni ta’ ideat u kunċetti mil-logħob, bħal premji għall-istadji importanti, fl-ambjent tax-xogħol u fil-proċessi tax- xogħol biex jinkoraġġixxu lill-ħaddiem juri l-imġibiet mixtieqa mill-impjegatur biex fl-aħħar mill-aħħar jittejbu l-effiċjenza u l-produttività. Tista’ tippromwovi l-kollaborazzjoni u l-interazzjoni bejn it-timijiet, tnaqqas l-istress u ttejjeb is-sodisfazzjon ġenerali tal-impjegati fuq il-post tax-xogħol.

M

  • Manifattura addittiva

    Il-manifattura addittiva tuża data, software ta’ disinjar permezz tal-kompjuter (CAD) jew scanners ta’ oġġetti 3D li jidderieġu l-hardware biex jiddepożita l- materjal, saff fuq saff, f’forom ġeometriċi preċiżi. Kif jimplika isimha, il- manifattura addittiva żżid materjal biex toħloq oġġett. Għalkemm it-termini “stampar 3D” u “ħolqien rapidu ta’ prototipi” xi kultant jintużaw biex jirreferu għall-manifattura addittiva, kull proċess huwa fil-fatt subtip tal-manifattura addittiva.

  • Monitoraġġ tal- ħaddiema

    Il-prattika li tinġabar informazzjoni dwar l-impjegati, bħall-post li jkunu fih, il- benesseri u l-kompitu attwali tagħhom, bil-għan li tiġi segwita l-prestazzjoni u l-konformità mal-politiki tal-kumpanija, iżda wkoll biex jiġu identifikati kwistjonijiet tas-saħħa jew riskji għas-sikurezza. Il-monitoraġġ tal-ħaddiema huwa rrappurtat li jikser il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data u d- drittijiet personali tal-ħaddiema u jista’ jirriżulta fi stress u kwistjonijiet ta’ saħħa mentali.

  • Mudelli ta’ tbassir li
    jaħdmu bl-IA

    Mudelli ta’ tbassir li jużaw l-IA għall-analiżi tad-data biex jipprevedu fatturi differenti relatati mal-ħaddiema, bħal dawk użati għall-analitika tan-nies. Dawn jistgħu jintużaw pereżempju biex ibassru min fil-persunal x’aktarx jitlaq mill-kumpanija malajr minħabba stress jew eżawriment jew minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni, u għaldaqstant għandu jingħata aktar attenzjoni mill-maniġers.

P

  • Pjattaforma tax- xogħol diġitali

    Faċilità jew suq online li joperaw fuq teknoloġiji diġitali (inkluż l-użu ta’ apps tal-mobiles) li huma proprjetà ta’ impriża u/jew operati minnha, li jiffaċilitaw it-tqabbil bejn id-domanda għal ħaddiema u l-provvista ta’ ħaddiema pprovduti minn ħaddiem tal-pjattaforma. Eżempji ta’ pjattaformi jinkludu Uber, Glovo, Wolt u Task Rabbit.

  • Preġudizzju fid-data

    Il-preġudizzju fid-data jseħħ meta d-data jkun fiha b’mod sistematiku ċerti tipi ta’ żbalji li għalihom xi elementi f’sett ta’ data jkunu ponderati u/jew rrappreżentati iktar jew inqas minn oħrajn. Il-preġudizzji u t-twemmin soċjokulturali tal-programmaturi jew tal-iżviluppaturi tas-software jistgħu jkunu r-raġuni għaliex is-sistemi jiġbru u jipproduċu data preġudikata.

R

  • Realtà virtwali (VR) u realtà awmentata (AR)

    Ir-VR hija xenarju ġġenerat mill-kompjuter li jissimula esperjenza reali, filwaqt li r-AR tgħaqqad l-esperjenzi reali ma’ kontenut iġġenerat mill- kompjuter. Ir-AR tista’ tiġi ddefinita bħala teknoloġija “immersiva”, u ċċajpar il-linji bejn ir-realtà u d-dinja virtwali, u b’hekk issaħħaħ l-interazzjoni tal-utent mal-ambjent. Prattikament, l-utenti tar-AR jindikaw l-apparat tagħhom (smartphones, aċċessorji li jintlibsu, eċċ.) lejn immaġni speċifika, li tinkiseb u tiġi pproċessata biex jinħolqu projezzjonijiet (2D jew 3D), li l-utent jista’ jinteraġixxi magħhom.

  • Robot industrijali

    Robot industrijali huwa manipulatur b’diversi użi kkontrollat awtomatikament, riprogrammabbli, programmabbli fi tliet assi jew aktar, li jista’ jkun jew fiss jew mobbli.

  • Robotika avvanzata

    It-terminu robotika avvanzata jirreferi għad-disinn, il-produzzjoni u l-użu tal- magni li kapaċi jwettqu kompiti diffiċli u kumplessi bl-użu tal-IA biex jinteraġixxu mad-dinja reali ta’ madwarhom.

S

  • Sistema tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAS)

    L-UASs huma “magħmula mill-qafas tal-inġenju tal-ajru u mill-provvista tal- enerġija tal-vettura, minn sensuri tal-vetturi, minn operatur remot, minn kompjuter abbord, u minn attwaturi tal-vettura. Is-sensuri jiġbru informazzjoni dwar l-ambjent u l-attwaturi tal-vettura jikkawżaw il-moviment tal-vettura. L-operatur jista’ jirċievi informazzjoni billi jħares direttament lejn il-vettura (titjir b’“linja ta’ viżjoni”) jew billi jħares lejn filmat trażmess mill- vettura (titjir b’“viżjoni tal-ewwel persuna”).”

  • Sistemi diġitali intelliġenti

    Terminu ġeneriku biex jiġu indikati sistemi ġodda għall-monitoraġġ u t-titjib tas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema inkluż pereżempju PPE intelliġenti (li jista’ jidentifika livelli ta’ gassijiet, tossini, livelli ta’ storbju u temperaturi ta’ riskju għoli), aċċessorji li jintlibsu (li kapaċi jinteraġixxu mal-ħaddiema, ma’ sensuri li jistgħu jiġu inkorporati f’elmi protettivi jew fi ħġieġ ta’ sikurezza), sistemi mobbli jew statiċi li jużaw kameras u sensuri (eż. droni li b’mod effettiv jilħqu u jimmonitorjaw żoni perikolużi ta’ siti tax-xogħol li jevitaw li jpoġġu f’periklu lill-bnedmin fl-industriji tal-kostruzzjoni u tal-minjieri).

  • Sistemi ġodda ta’ monitoraġġ tas- saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (OSH)

    Sistemi ġodda ta’ monitoraġġ tal-OSH jużaw it-teknoloġija diġitali biex jiġbru u janalizzaw id-data mill-ħaddiema u/jew mill-ambjent tax-xogħol sabiex jidentifikaw il-perikli, jivvalutaw ir-riskji, jipprevjenu u/jew jimminimizzaw il- ħsara, u jippromwovu l-OSH.

  • Software għall- ġestjoni tar- relazzjonijiet mal- klijenti (CRM)

    Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Klijenti, imqassra bħala CRM, hija sistema integrata tal-ġestjoni tal-informazzjoni li tintuża għall-iskeda, l-ippjanar u l- kontroll tal-attivitajiet ta’ bejgħ u ta’ qabel il-bejgħ f’organizzazzjoni. Sistemi ta’ CRM jikkonsistu minn għodda ta’ hardware, software u networking biex isir titjib fit-traċċar tal-klijenti u l-komunikazzjoni.

  • Sorveljanza tal-
    ħaddiema

    Monitoraġġ aktar intrużiv tal-ħaddiema, li jmur lil hinn mix-xogħol u jinkludi attivitajiet bħat-traċċar ta’ posts fuq il-midja soċjali u żjarat fuq is-siti web biex tinġabar kemm jista’ jkun informazzjoni dwar il-ħaddiema. Il-prattiki ta’ sorveljanza tal-ħaddiema jistgħu jmorru kontra l-leġiżlazzjoni dwar il- protezzjoni tad-data u d-drittijiet personali tal-ħaddiema u jistgħu jirriżultaw fi stress u fi problemi tas-saħħa mentali.

T

  • Tagħmir ta’ protezzjoni personali (PPE) intelliġenti

    Il-PPE intelliġenti huwa l-aħħar livell ta’ protezzjoni li għandu jintuża kontra l-perikli għall-ħaddiema u jintuża meta l-perikli ma jkunux jistgħu jitneħħew jew ir-riskji tagħhom ma jkunux jistgħu jiġu mmitigati aktar permezz ta’ miżuri kollettivi jew organizzattivi, disinji tal-inġinerija jew prattiki ta’ manutenzjoni – dan jgħaqqad flimkien ħwejjeġ tradizzjonali ma’ partijiet intelliġenti, bħal sensuri, detetturi, moduli għat-trasferiment tad-data, batteriji, kejbils.

  • Taħriġ mill-ġdid

    Il-proċess tal-akkwiżizzjoni/apprendiment ta’ ħiliet ġodda.

  • Telfien tal-ħiliet

    Telf tal-ħiliet u għarfien meħtieġa biex jitwettaq impjieg bħala konsegwenza
    tal-awtomatizzazzjoni.

  • Titjib tal-ħiliet

    Il-proċess tal-akkwiżizzjoni/tagħlim ta’ ħiliet addizzjonali.

  • Trasparenza algoritmika

    It-trasparenza algoritmika hija l-prinċipju li l-fatturi li jinfluwenzaw il- funzjonament tal-algoritmi u r-riżultati li jipproduċu għandhom ikunu viżibbli, jew trasparenti, għall-impjegaturi, għal dawk li jfasslu l-politika u għall- ħaddiema, li jużaw, jirregolaw, u huma affettwati mis-sistemi li jużaw dawk l- algoritmi. L-involviment tar-rappreżentanti tal-persunal huwa essenzjali biex tinbena l-fiduċja tal-ħaddiema fis-sistemi.

X

  • Xogħol fuq il- pjattaformi diġitali

    Ix-xogħol fuq il-pjattaformi diġitali huwa x-xogħol kollu mħallas, provdut permezz ta’ pjattaforma online jew fuqha, jew medjat minnha – jiġifieri, suq online li jopera fuq teknoloġiji diġitali li jiffaċilitaw it-tqabbil tad-domanda għax-xogħol u l-provvista tiegħu.

  • Xogħol mill-bogħod

    Ix-xogħol mill-bogħod huwa kwalunkwe tip ta’ arranġament għax-xogħol biex wieħed jaħdem mid-dar jew – b’mod aktar ġenerali – lil hinn mill-bini tal-impjegatur jew f’post fiss. F’dan il-kuntest l-enfasi hija fuq ix-xogħol mill- bogħod permezz tat-teknoloġiji diġitali (eż. kompjuters personali, smartphones, laptops, pakketti tas-software u l-internet).