Ibda l-kampanja tiegħek


Start your campaign 23-25Ingħaqad magħna u mexxi l-kampanja tiegħek biex iżżid l-għarfien u ttejjeb is-sostenibbiltà tal-ħajja professjonali fuq il-post tax-xogħol tiegħek. Kampanja mmexxija b'mod tajjeb trawwem ambjent tax-xogħol aktar sigur, li jġib aktar 'il quddiem is-saħħa u aktar ġust, b'benefiċċji li jistgħu jintwerew għan-negozju jew għall-organizzazzjoni tiegħek.

Aħna ser ngħinuk tibda permezz tas-Sett ta’ għodod tal-kampanja tagħna - riżorsa bżonnjuża jekk inti qed taħseb biex tmexxi l-kampanja tiegħek. Ser jieħdok matul il-proċess, pass wara pass, mid-deċiżjoni tal-għanijiet tiegħek u l-messaġġ ewlieni permezz ta' ippjanar u implimentazzjoni sal-kejl tar-riżultati. Hemm gwida prattika fuq kif tagħmel l-aħjar użu mir-riżorsi tiegħek u fuq kif tikkapitalizza l-opportunitajiet. It-taqsima fuq l-għodod u l-eżempji tipprovdi lista komprensiva ta' għodod u eżempji prattiċi ta' kif dawn jistgħu jintużaw fil-kampanja - minn xi ħaġa sempliċi bħaż-żieda ta' messaġġ mal-firma tal-email tiegħek għall-massimizzazzjoni tal-użu tal-midja soċjali.