Pubblikazzjonijiet


Is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol fix-xogħol fuq pjattaformi diġitali: tagħlimiet meħuda mir-regolamenti, mill-politiki, mill-azzjonijiet u mill-inizjattivi

F’dawn l-aħħar 10 snin, il-prevalenza u l-attivitajiet tal-pjattaformi online użati biex jitqabblu mad-domanda u l-provvista tax-xogħol żdiedu b’mod rapidu fl-UE. Fil-bidu, ir-rispons għal din l-ekonomija tal-pjattaformi diġitali emerġenti kien limitat u fil-biċċa l-kbira ngħata min-naħa tan-negozji, tal-ħaddiema u tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom kif ukoll minn min ifassal il-politika fuq livell lokali u dak reġjonali. Minn dak iż-żmien, il-fenomenu kiseb attenzjoni akbar fuq il-livelli tal-UE u tal-Istati Membri, b’aktar enfasi issa wkoll mogħtija f’dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-saħħa u s-siġurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH) ta’ ħaddiema fil-qasam ta’ pjattaformi diġitali.

In-nota ta’ politika tenfasizza s-sejbiet ewlenin u l-punti prinċipali meħuda minn studju approfondit dwar ir-regolamenti, il-politiki, l-istrateġiji, l-inizjattivi, l-azzjonijiet u l-programmi relatati mal-OSH. Hija tibni fuq erba’ studji tal-każijiet, rieżami tal-letteratura, u konsultazzjoni mal-punti ċentrali nazzjonali tal-EU-OSHA.

L-isfidi tal-OSH tax-xogħol fuq pjattaformi diġitali u r-rispons għalih jiġu esplorati, l-istess bħall-iżviluppi fi Spanja, fl-Italja u fi Franza. Erba’ punti prinċipali għal min ifassal il-politika u għal min jieħu d-deċiżjonijiet jippreżentaw kunsiderazzjonijiet li jmexxu ’l quddiem u rakkomandazzjonijiet tanġibbli għat-titjib dwar kwistjonijiet tal-OSH fix-xogħol fuq pjattaformi diġitali.

Download PDF file in: