You are here

Is-Summit dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa huwa l-qofol ta’ għadd ta’ tragwardi ta’ suċċess tal-kampanja mmirati biex tinħoloq sensibilizzazzjoni dwar il-ħtieġa ta’ xogħol sostenibbli, inklużi: Ġimagħtejn Ewropej għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol; ċerimonja waħda ta’ Premjijiet Ewropej ta’ Prattika Tajba; u żewġ Premjijiet tal-Films dwar Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa. Matul il-kampanja, għadd ta’ riżorsi, inklużi gwida elettronika, għodod prattiċi, films ta' Napo u informazzjoni dwar l-istudju tal-każ, kienu disponibbli liberament biex jgħinu lill-kumpaniji ż-żgħar jimmaniġġjaw it-tixjiħ fuq il-post tax-xogħol.