You are here

Il-kampanja 2016-17 Postijiet tax-Xogħol li Jieħdu Ħsieb is-Saħħa f’kull Età tqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-immaniġġjar tajjeb tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol u l-prevenzjoni tar-riskju matul il-ħajja tax-xogħol u t-tfassil tax-xogħol skont il-kapaċitajiet individwali — kemm fil-bidu tal-karriera ta’ ħaddiem kif ukoll lejn tmiemha. Bħal Kampanji Postijiet tax-Xogħol li jġibu ’l quddiem is-Saħħa preċedenti, din hija kkoordinata fuq il-livell nazzjonali minn punti ċentrali tal-EU-OSHA u appoġġjata minn sħab tal-kampanja uffiċjali u dawk tal-midja.

Il-kampanja sejra titnieda fl-15 ta' April 2016. Dati ewlenin fil-kalendarju tal-kampanja jinkludu l-Ġimgħat Ewropej għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (Ottubru 2016 u 2017) u ċ-ċerimonja tal-Premjijiet għal Prattika Tajba tal-Postijiet tax-xogħol li jġibu ’l quddiem is-Saħħa (April 2017). Il-kampanja sejra tagħlaq bis-Summit dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l quddiem is-Saħħa (Novembru 2017), meta dawk kollha li kkontribwixxew għall-kampjana sejrin jingħaqdu mal-EU-OSHA biex jivvalutaw il-kisbiet tal-kampanja u t-tagħlimiet li nkisbu minnha.