About the topic


Għaliex hu daqshekk importanti li jiġu mmaniġġjati s-sustanzi perikolużi fuq il-post tax-xogħol?

Għadd inaċċettabbli ta’ ħaddiema huma esposti għal sustanzi perikolużi fuq il-post tax-xogħol madwar l-Ewropa.

Is-sustanzi perikolużi jikkawżaw proporzjon sostanzjali ta’ mard okkupazzjonali, li għandu impatt negattiv fuq il-kwalità tal-ħajja u fuq l-abilità tax-xogħol tal-ħaddiema, u f’xi każijiet jista’ jkun fatali. Dan, flimkien mal-aċċidenti okkupazzjonali kkawżati mis-sustanzi perikolużi, jirriżulta fi spejjeż sinifikanti għan-negozji.

Minkejja dan, hemm nuqqas ta’ għarfien ġenerali tan-natura u l-abbundanza ta’ sustanzi perikolużi fuq il-post tax-xogħol u r-riskji li dawn joħolqu, u ftit jew xejn kien hemm progress fit-tnaqqis tal-espożizzjoni għall-ħaddiema tul dawn l-aħħar snin. Skont l-Istħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol, il-proporzjon ta’ ħaddiema li jirrappurtaw li huma esposti għall-kimiċi għal tal-inqas kwart mill-ħin tax-xogħol tagħhom, ma nbidilx sa mis-sena 2000, u baqa’ madwar 17 %.

L-espożizzjoni għal sustanzi perikolużi fuq il-post tax-xogħol trid tiġi eleminata jew tal-inqas immaniġġjata b’mod effettiv biex jiġu żgurati s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u s-suċċess ekonomiku tan-negozji u s-soċjetà.