About the topic


Min għandu jkun involut fil-promozzjoni ta’ ħajja tax-xogħol sostenibbli?

Għall-immaniġġjar effettiv tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, kulħadd - l-impjegaturi, il-maniġers u l-ħaddiema - irid jaħdem, flimkien. Dan hu partikolarment importanti fir-rigward ta’ sustanzi perikolużi, għaliex il-fatt li wieħed ma jagħtix kas tar-riskji jkollu konsegwenzi diretti serji għas-saħħa tal-ħadiema u s-sopravivenza tan-negozju.

  • L-Impjegaturi huma legalment obbligati li jagħmlu l-valutazzjoni tar-riskju biex jidentifikaw perikli potenzjali assoċjati mas-sustanzi perikolużi. Huma għandhom jiżguraw li r-riskji huma bbażati skont ġerarkija ta’ miżuri ta’ prevenzjoni.
  • Il-Maniġers għandhom jimmotivaw lil ħaddiema biex jonvolvu ruħhom. Dawn għandhom jiżguraw li l-ħaddiema jirċievu taħriġ regolari u riżorsi faċli biex jitħaddmu.
  • Il-Ħaddiema għandhom jifhmu r-riskji potenzjali, ikunu infurmati sewwa bi kwalunkwe miżura preventiva, iħossuhom komdi bex jesprimu t-tħassib u jkunu mħeġġa biex jipparteċipaw b’mod attiv fit-tfittxija għal soluzzjonijiet.

Stabbiliment ta’ kultura ta’ prevenzjoni hi importanti ħafna. Permezz ta’ tmexxija b’saħħitha u ta’ impenn favur is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, l-impjegaturi u l-maniġers jistgħu joħolqu ambjent tax-xogħol li jinkoraġġixxi lil kulħadd biex jieħu s-saħħa u s-sigurtà b’mod serju u biex jikkoopera biex jiġu identifikati u indirizzati r-riskji.