About the topic


L-argument għall-vijabbiltà għall-immaniġġjar ta’ sustanzi perikolużi

Hemm argument ċar għall-vijabbiltà biex wieħed jinvesti fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol - l-intrapriżi impenjati li joħolqu kultura ta’ prevenzjoni permezz ta’ tmexxija soda u billi jipprovdu r-riżorsi xierqa jaħsdu r-riżultati fit-tul.

L-immaniġġjar b’mod ħażin ta’ sustanzi perikolużi fuq il-post tax-xogħol mhux biss ipoġġi lill-ħaddiema f’riskju mhux neċessarju iżda jirriżulta wkoll f’kostijiet diretti sinifikanti għan-negozji u għas-sistemi tas-saħħa. Pereżempju, l-eżpożizzjoni fuq il-post tax-xogħol għall-karċinoġeni hi stmata li fl-Ewropa tiswa EUR 2.4 biljun kull sena. It-talbiet għal kumpens minn ħaddiema li saħħithom ġiet affettwata ħażin mill-espożizjoni għas-sustanzi perikolużi fuq il-post tax-xogħol jistgħu wkoll jammontaw għal mijiet ta’ eluf ta’ ewro għal kull talba.

Bl-investiment fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, tali kosijiet huma evitati u n-negozji jibbenefikaw ukoll minn:

  • livelli ogħla ta’ produttività u ta’ motivazzjoni fost il-ħaddiema
  • tnaqqis fl-assenzi u fil-kostijiet assoċjati mas-saħħa ħażina tal-ħaddiema
  • inqas tibdil tal-impjegati.

Mill-banda l-oħra, dawn jagħmlu lin-negozji iktar kompetittivi u ta’ suċċess - mira għal kull intrapriża.