Dwar it-tema


Kif jistgħu r-riskji jiġu ġestiti biex jiżguraw tixjieħ b'saħħtu fuq il-post tax-xogħol?

Il-prevenzjoni ta' aċċidenti relatati max-xogħol u saħħa ħażina matul il-ħajja hija essenzjali, hekk kif is-saħħa fil-ħajja aktar tard hija affettwata mill-kundizzjonijiet tax-xogħol fil-ħajja aktar qabel. Il-ħaddiema żgħażagħ tal-lum huma l-ħaddiema ikbar fl-età ta’ għada.

Approċċ olistiku lejn l-immaniġġjar tas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH), b'evalwazzjoni tal-fatturi kollha li jistgħu jinfluwenzaw is-saħħa u s-sigurtà, huwa essenzjali. Il-politiki tar-riżorsi umani (HR) jista' jkollhom rwol importanti biex jiżguraw li r-riskji, speċjalment riskji psikoloġiċi jiġu ġestiti b'mod tajjeb. Ir-riabilitazzjoni u l-politiki ta’ appoġġ għar-ritorn għax-xogħol wara l-mard huma dejjem aktar importanti fil-kuntest ta’ forza tax-xogħol li qiegħda tikber.

Eżempju ta' approċċ olistiku tal-immaniġġjar tal-OSH huwa l-kunċett 'il-kapaċità tax-xogħol'. Il-kapaċità tax-xogħol hija l-bilanċ bejn dak li jirrikjedi x-xogħol u riżorsi individwali. Il-promozzjoni tal-kapaċità tax-xogħol tajba tirrekjedi tmexxija tajba u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiem.

L-impjegaturi huma meħtieġa legalment biex jagħmlu valutazzjonijiet tar-riskji, li għandhom iqisu r-riskji relatati mal-età. Madankollu, il-ħaddiema ta’ età akbar mhumiex grupp omoġenju: u d-differenzi bejn l-individwi kemm fil-kapaċità funzjonali kif ukoll fis-saħħa jiżdiedu maż-żmien. Għalhekk, fil-valutazzjoni tar-riskju, id-diversità għandha titqies.

Tibdil fil-kapaċitajiet funzjonali ta' individwu jistgħu jiġu indirizzati billi x-xogħol jiġi adattat, eżempju billi jintuża tagħmir li jnaqqas il-piżijiet tax-xogħol fiżiċi jew billi jiġi pprovdut taħriġ f'tekniki xierqa ta' rfigħ. Għandu jiġi mfakkar li disinn tajjeb tal-post tax-xogħol kif ukoll organizzazzjoni tajba jkunu utli għall-gruppi ta' kull età.